Illejla fil-Parlament għaddew sitt liġijiet li ressaq il-Gvern bħala parti mir-riformi fil-ġudikatura, it-tisħiħ fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Sitt liġijiet għaddew b’vot unanimu u huma emendi fil-Kostituzzjoni. Dan filwaqt li liġi oħra se tgħaddi b’maġġoranza sempliċi mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Il-liġijiet li biex jgħaddu kellhom bżonn il-qbil ta’ żewġ terzi tal-kamra huma dwar il-ħatra tal-President tar-Repubblika, il-ħatra tal-ġudikanti, dixxiplina u t-tneħħija tal-ġudikanti, tisħiħ tal-uffiċċju tal-Ombudsman u skrutinju fuq id-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali.
Liġi oħra li kellha bżonn maġġoranza sempliċi biex tgħaddi hija dik dwar il-ħolqien tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.
Ilbieraħ filgħaxija, fi stadju ta’ kumitat il-Parlament għadda dawn il-liġijiet biex issa llejla għaddew mill-istadju tat-tielet qari.
Dawn il-liġijiet tressqu wara li f’rapport dettaljat ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Venezja laqgħet 85%, li jfisser prattikament ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Gvern Malti fir-riformi fil-ġudikatura, tisħiħ fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Dawn il-liġijiet għaddew qabel illejla il-parlament ġie aġġornat għall-vaganzi tas-sajf.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/30/fpajjizna-tirrenja-d-demokrazija-il-ministru-zammit-lewis-wara-li-ghaddew-sitt-ligijiet-favur-is-saltna-tad-dritt/