Ilbieraħ filgħaxija, fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest għaddew l-ewwel għaxar finalisti.
Dawn l-ewwel għaxar pajjiżi finalisti huma: l-Albanija, l-Estonja, l-Iżlanda, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, San Marino, l-Iżvezja u l-Ukrajna.
Dawn jingħaqdu ma’ dawk meqjusa bħala l-Big 5, li huma: l-Italja, Spanja, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit, kif ukoll l-Iżvizzera li din is-sena qed tospita din il-kompetizzjoni.
Għada filgħaxija se ssir it-tieni semifinali tal-Eurovision, fejn se tkanta l-kantanta Miriana Conte bil-kanzunetta “Serving”. Hi se tkanta fid-disa’ post.