Eżatt 40 erbgħin sena ilu nħasdet il-ħajja tat-tfajla ta’ 15 -il sena, Karin Grech.
Il-qtil ta’ bint it-tabib Edwin Grech kien wieħed mill-agħar traġedji fl-istorja politika Maltija. Illum, wara dan iż-żmien kollu jibqa’ mhux magħruf minn kien wara dan il-qtil ta’ innoċenti.
Karin Grech sfat vittma ta’ ittra bomba li kellha tkun indirizzata għal missierha, il-Professur Edwin Grech.
Kien propju għall-ħabta ta’ nofsinhar, meta fir-residenza tagħhom f’San Ġwann, il-familja Grech irċevew bil-posta pakkett imġeżwer f’karti tal-Milied.
Entużjasta għall-aħħar fi żminijiet ta’ festi, Karin ħasbet li l-pakkett kien rigal u malli fetħitu seħħet splużjoni li qatlitha ftit tas-siegħat wara. Ħuha Kevin, li kien qrib tagħha safa ferut minn biċċiet tal-mettall li kienu fil-bomba.
Fil-quddiesa tal-funeral tagħha, l-Ariċsqof Mikiel Gonzi kien sejjaħ dan il-qtil bħala attakk terroristiku.
Kien qtil b’mottiv politiku, minħabba li t-tabib Grech baqa’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala tabib pubbliku anke jekk kien għaddej strajk tat-tobba f’pajjiżna.
Dakinhar ta’ din it-traġedja, it-tabib Pawlu Chetcuti Caruana; li ukoll baqa’ jaħdem waqt l-istrajk, irċieva pakkett identiku, bil-bomba.
Dan ħalla l-iktar evidenza importanti f’idejn il-pulizija; it-tip ta’ bomba nfisha.
L-investigazzjonijiet minn dak iż-żmien l’hawn dejjem baqgħu għaddejjin minkejja l-iskossi li ngħataw mill-awtoritajiet, fil-bidu tas-snin ta’ disgħin.
Il-Qorti Kostituzzjonali kienet iddikjarat li l-qtil makabru ta’ Karin Grech kien wieħed politiku.