Xufier ta’ trakk allegatament saq triq wrong-way bil-konsegwenza li meta wasal fit-tarf tagħha spiċċa kaxkar kantuniera ta’ residenza privata.
Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Karmnu kantuniera ma’ Triq il-Kbira f’San Ġiljan. Il-persuna li ħadet ir-ritratt sostnier li l-istess trakk ikkawża ħsarat ukoll f’mina li hi ta’ valur storiku.