B’36 vot favur u 29 kontra, l-Parlament illejla approva it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda il-liġi dwar l-IVF. Ir-riżultat intlaqa’ b’applaws mill-membri tal-gvern. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ma tax vot ħieles minkejja li kien iddikjara li se jagħmel dan.
L-abbozz tressaq mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Vot favur il-familji li jagħti vuċi lil min m’għandux
Intant fi stqarrija mill-Partit Laburista l-vot favur l-emendi fil-liġi tal-IVF illejla kien vot favur il-familji għax dawn l-emendi jaħsbu biex jagħtu tama ġdida lilll-koppja minn kull sitta f’pajjiżna li ssofri mill-kundizzjoni tal-infertilità.
Il-Partit Laburista qal li l-gvern qed iżomm mal-impenn elettorali tiegħu li jibdel din il-liġi b’mod li permezz tax-xjenza iktar persuni jingħataw iċ-ċans isiru ġenituri. Hija wkoll liġi bbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza. Prinċipju ewlieni fil-ħidma ta’ dan il-gvern.
Issa li l-liġi għaddiet mit-tieni stadju parlamentari l-Partit Laburista jemmen li l-gvern għandu jkun miftuħ għal suġġerimenti oġġettivi fi stadju ta’ kumitat u jtejjeb fejn meħtieġ dak propost. Dan sakemm ma tkunx imminata l-wiegħda elettorali li għandha twassal għal iktar familji kuntenti fis-soċjetà tagħna.
Għax pajjiżna m’għandux jibża’ mill-bidla. Malta m’għandiex tieqaf tibdel. U l-bidla li l-Parlament ivvota favuriha llejla hija bidla favur l-imħabba. Bħal mhi bidla favur l-imħabba l-għotja ta’ €10,000 lil dawk li jadottaw. Wiegħda elettorali oħra implimentata fl-aħħar jiem.
Amendments to #IVF legislation approved at 2nd Reading at #Malta Parliament this evening: A historic day in favour of new lives.
— Chris Fearne (@chrisfearne) May 23, 2018