Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-Amerika ivvotat favur numru ta’ miżuri li jirregolaw il-bejgħ tal-armi tan-nar. Iżda, dawn il-miżuri mistennija li jieqfu s’hemm. Il-probabilità hi li s-Senat, b’maġġoranza Repubblikana, jivvota kontrihom, u għalhekk it-tibdil fil-liġi ma jseħħx.
Il-miżuri l-ġodda fost oħrajn jinkludu li l-bejgħ tal-armi semi-awtomatiċi isir lil persuni li għandhom ’il fuq minn 21 sena.
Qabel ma ttieħed dan il-vot, dawk li salvaw l-attakk riċenti ta’ sparatura fi skola f’Texas, tkarbu quddiem dawk li għandhom is-saħħa li jbiddlu l-liġi, sabiex jivvotaw favur aktar sikurezza fil-kontroll tal-bejgħ tal-armi.
Fil-fatt, tifla minnhom li għad għandha 11-il sena, irrakkontat li hija ċapset lilha nnifisha bid-demm ta’ sħaba u għamlet ta’ bir-ruħha mejta biex l-aggressur jaħsibha mejta u ma joqtolhiex. Hija qalet ukoll kif rat lill-għalliema tagħha tmur b’tir f’rasha quddmieha.