Minkejja li m’għandux l-appoġġ tar-Repubblikani, il-President Amerikan Joe Biden flimkien mal-membri Demokratiċi fil-Kungress ressaq ’il quddiem pjan ta’ għajnuna ekonomika għall-COVID-19 li tammonta għal triljun u disa’ mitt biljun dollaru.
Biden qal li jrid jgħin lill-poplu Amerikan hekk kif statisika li ħarġet il-Ġimgħa dwar il-qagħad fl-Istati Uniti, turi żieda allarmanti kawża tal-imxija.