Il-Partit Nazzjonalista bagħat stqarrija lill-mezzi tax-xandir kollha b’messaġġ indirizzat lejn l-Alternattiva Demokratika.
Il-koalizzjoni mal-PN tista’ ssir biss jekk il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista jmorru taħt il-lista l-blu bl-emblema tal-maduma; inkella xejn.
L-istqarrija tgħid eżatt hekk: “diffiċli ħafna li titwaqqaf koalizzjoni fil-forma kif tridha l-Alternattiva Demokratika”.
Simon Busuttil mhux l-unika kap li għandu bħalissa l-PN. Infatti hemm Marlene Farrugia fit-tmum miegħu. Imma l-Alternattiva Demokratika, li qed tgħid li l-fatt li huma minoranza ma jfissirx li huma soġġetti li jaqgħu taħt il-lista tal-PN, issa nstabtilhom il-bieb f’wiċċhom. Il-Forza Nazzjonali mhix għajr Forza Elitista.