Fis-sigħat li ġejjin, l-Istat Amerikan ta’ Florida mistenni jintlaqat mill-Uragan Irma.
Mas-sitt miljun u tliet mitt elf persuna ġew mitluba jevakwaw.
Dan minkejja li l-gvernatur tal-istat is-Sibt qal li kien tard wisq biex isir dan.
Minn tal-inqas, erbgħa u għoxrin persuna tilfu ħajjithom wara li Irma laqat diversi gżejjer fil-Karibew.
L-Uragan mistenni jerġa’ jżid fil-qawwa tiegħu u jibqa’ b’saħħtu hekk kif ikompli riesaq lejn Florida.