L-artista ta’ fama mondjali, Jessie J, nediet kanzunetta bl-isem ta’ “Not my ex” fejn fuq il-cover ta’ din is-single hi tidher liebsa dublett tad-disinjaturi Maltin Charles & Ron.
Fuq il-paġna uffiċjali, Charles & Ron, xerrdu mas-segwaċi tagħhom numru ta’ ritratti tal-kantanta Jessie J liebsa proprju dan id-dublett.