Jessica Micallef, it-tfajla li fl-eta ta’ tnejn u għoxrin sena tilfet ħajjitha f’inċident fl-Imġarr, ingħatat rikonoxximent għall-ħidma tagħha fi ħdan is-St. John Rescue Corps.
Jessica kienet waħda mill-voluntiera li kienet tagħti l-kontribut tagħha b’impenn kbir f’din l-organizazzjoni mhux governattiva.
Izda sfortunatament ġimgħatejn ilu Jessica ingħatat l-aħħar tislima, u għar-rikonoxximent kienu prezenti l-ġenituri tagħha, Doris u Peter Micallef li kienu vizibilment imnikkta bit-telfa ta’ binthom.
Jessica kienet ilha madwar tliet snin tgħin b’mod volontarju fis-St John.
Pass li għamlitu wara li anki zija tagħha kienet tgħin b’mod volontarju f’din l-organizazzjoni.
Fost il-ħbieb u l-Kummissarju ta’ St John Rescue Corps, Andrew Grech, Jessica kienet deskritta bħala persuna dedikata.
Evidenti kien in-nieket fl-uċuħ ta’ dawk preżenti hekk kif Jessica ma setgħetx tkun magħhom.
Is-sibt waranofsinhar voluntiera oħra ta’ St John ukoll ingħataw rikonoxximent għall-ħidmiethom, f’attivita li għaliha kien hemm prezenti l-Ministru għall-intern u s-sigurta nazzjonali, Michael Farrugia.
L-attivita bdiet b’simulazzjoni ta’ salvataġġ għal persuni li inqabdu f’bini maħkum minn nirien.
Żewġ voluntiera tkellmu magħna dwar il-ħidma tagħhom f’każijiet ta’ salvataġġ:
Intant, St John Rescue Corps se toħroġ sejħa għal dawk interessati li jissieħbu fis-St John u joffru l-assistenza tagħhom fis-salvataġġ fl-ilma.