Jessica Camilleri ta’ 27 sena minn Sydney ma nstabitx ħatja għall-qtil t’ommha wara li f’dagħdigħa ta’ rabja qatgħet ras ommha Rita. Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li Camilleri tat minn tal-inqas mitt daqqa ta’ sikkina lill-ommha wara argument li temm bit-tfajla taqta’ ras ommha u toħroġha fil-parapett tad-dar.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-qtil fil-Qorti Suprema ta’ New South Wales b’difiża relatata ma’ problemi ta’ saħħa mentali. Madankollu matul il-jum tal-Ħamis, ġuri sab lil Camilleri mhux ħatja tal-omiċidju madankollu sabha ħatja bi qtil involontarju minħabba l-istess problemi ta’ saħħa mentali. Waqt l-interrogazzjoni tagħha dakinhar tal-omiċidju, Camilleri qalet li kellha argument m’ommha wara li kienet talbitha biex tirrikorri għall-għajnuna f’taqsima tal-kura mentali. Dak il-ħin Camilleri tajjret il-mobile minn id ommha waqt li l-omm kienet qed iċċempel is-servizzi tal-emerġenza.
Fil-Qorti, l-Pulizija spjegaw ukoll li Camilleri kienet dilettanta tal-films tal-biża’ u waqt tfittxija li saret fid-dar kienu nstabu 8 kopji tal-film The Texas Chainsaw Massacre u ħames kopji oħra ta’ Jeepers Creepers. Fattur li skont il-prosekuturi Awstraljani kkontribwixxa biex it-tifla tiżviluppa ħsibijiet xejn pjaċevoli.