“Għalkemm il-ħajja fuq il-baħar mhix faċli, il-karriera fis-sezzjoni marittima tal-Forzi Amati ta’ Malta ma nibdilha ma xejn.”
Kliem l-istaff Sergeant Carlo Muscat li ma’ ONE News tkellem dwar l-isfidi li jaffaċċja meta jissejjaħ fuq każ ta’ salvataġġ fuq il-baħar.
Qal li “Diffikultajiet hawn isfel l-iktar li nsibu, huma l-elementi, maltemp, l-elementi kollha li niltaqgħu magħhom fuq il-baħar hux. Differenti milli qiegħed taħdem fuq l-art.”
Carlo Muscat kien fost il-ħafna li bi kburija jilbsu ml-uniformi tal-Forzi Armati ta’ Malta, u li tul il-jum tas-Sibt kienu preżenti waqt l-Open Day tal-Armata fil-Waterfront.Dawk li attendew kellhom l-opportunità li jmorru dawra mal-Belt Valletta fuq waħda mill-vetturi tal-armata, jew dawra mal-port fuq waħda mid-dgħajjes li jużaw fil-qadi ta’ dmirijiethom is-suldati Maltin.
L-istaff Sergeant Carlo Muscat saħaq li attivitajiet bħal dawn iressqu liċ-ċittadin iktar qrib tal-Forzi Armati.
Spjega kif “Meta jkun hawn affarijiet bħal dawn in-nies ħa jkunu iktar close u jafu naqra mix-xogħol kbir li aħna nagħmlu fuq il-baħar, li ħafna minn nies hemm barra ma jkunux magħna, tista’ tgħid kważi kulħadd ma jkunx magħna, u hekk għallinqas qed jaraw x’inhu jsir u ma jsirx, naqra mill-ħafna li nagħmlu.”
L-open day saret fl-gheluq it-tmienja u erbgħin anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Forzi tal-Ordni li illum il-gurnata tilqa’ fi ħdanha mal-elf u seba’ mitt suldat.