Il-president tal-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting, Jesmond Caruana ġie elett bħala viċi president tal-Federazzjoni Ewropea tal-Weightlifting.
Unur kbir għall-weightlifting u l-isports lokali li uffiċjal malti se jkun qed iservi fit-tieni l-ogħla kariga tal-Weightlifting fl-Ewropa.
Dan hu success ieħor għal Jesmond Caruana, li f’dawn l-aħħar snin bħala president u kowċ tal-weightlifting malti wassal lil dan l-isport għal riżultati mill-aqwa.
Intant Astrit Hasan ġie elett bħala l-president il-ġdid.
It-taqsima sports ta’ ONE tawgura lil Jesmond Caruana għal din il-kariga u tawguralu l-ħidma t-tajba.

