Sirjan li kien imfittex mill-pulizija b’rabta ma’ aggressjoni fuq Sirjan ta’ disgħa u għoxrin sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ ta b’idejh lill-pulizija fl-għassa tal-Mosta.
Dan il-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda filgħaxija, meta r-raġel ta’ disgħa u għoxrin sena weġġa’ gravi meta allegatament is-Sirjan l-ieħor weġgħu b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta, f’garaxx fi Triq il-Kappar, fil-Mosta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.