Is-sit tal-Jerma għandu jerġa jsir spazzju pubbliku mill-ġdid. Qalet dan l-għaqda Front Ħarsien ODZ, fejn fi stqarrija appellat lil Gvern biex jieħu l-azzjoni meħtieġa biex dan ikun attwat.
Il-Front Ħarsien ODZ innota n-notifika ta’ infurzar mill-Awtorita tal-Ippjanar li tobliga lis-sidien tal-Jerma iwaqqgħu il-bini. Innutat ukoll li s-sit se jkun mibjugħ b’irkant f’Ottubru.
L-organizzazzjoni mhux governattiva ħeġġet lil Gvern biex jesplora il-possibiltajiet legali kollha biex jieħu l-azzjoni meħtieġa mingħajr dewmien sabiex jassigura li s-sit jingħata lura lill-pubbliku.
Temmet tgħid li din hija opportunita tad-deheb għal Gvern biex jassigura li Malta ma teġax titlef opportunita oħra li tgawdi minn spazzju pubbliku.