Ta’ kull sena d-dinja tinżebaħ ħadra u tiċċelebra bil-kbir il-festa ta’ San Patrizju. Minkejja riħ qawwi, dan ma waqqafx lil bosta persuni biex jerħulha lejn San Ġiljan u jiċċelebraw il-festa ta’ San Patrizju jew aħjar kif bosta jafuha – festa ta’ birra. Għalkemm din il-festa xi darba kienet waħda reliġjuża għall-patrun qadids tal-Irlanda, illum il-ġurnata inbidlet f’ċelebrazzjoni li fiha tinxtorob ħafna birra, jintlibsu kpiepel u kostumi u għaqda ta’ ħbieb jieħdu gost.
Skont it-tradizzjoni, San Patrizju kien ikkonverta għall-Kristjaneżmu wara li rritorna lura l-Irlanda wara li kien maħtuf bħala skjav. San Patrizju tilef ħajtu fis-17 ta’ Marzu u għalekk li din il-festa tiġi ċċelebrata b’mod uffiċjali madwar id-dinja fil-jum tal-lum. Il-kulur aħdar baqa’ jiġi assoċjat ma’ din il-festa hekk kif San Patrizju kien juża pjanta bi tliet werqiet li tissejjaħ shamrock. Kulur li jingħad li ilu mis-seklu 16 assoċjat mal-Irlanda.