Minkejja l-kundanna li saret minn numru kbir ta’ nies għal memes li qed jittellgħu fuq grupp partikolari fuq facebook li jisimpatizza mal-Partit Nazzjonalista reġà qed ixerred ritratt ieħor. Ritratt li għal darb’oħra huwa meme ta’ wiċċ persuna b’abiltajiet differenti minflok wiċċ il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Kundanna li fost oħrajn saret mill-Prim Ministru stess, kundanna li għaliha l-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li hekk xi ħadd kien mingħalih li b’dawn il-memes qed joffendih minflok qed jagħmilu unur għaliex “m’hemm xejn ħażin li jkollok diżabbiltà.”
Dawn il-memes ġew ikkundannati ukoll mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u mill-fondazzjoni Inspire . Li lkoll qalu li dawn il-memes m’huma xejn pjaċevoli u għandhom jiefqu jiġu mxerrda.
Irreaġixxew ukoll il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Organizazzjonijiet Persuni B’Diżabbiltà (MFOPD) li qalet li dan kien att viljakk u moqżież u li huma ukoll jikkundannaw bla ebda riservi dan “l-attentat iddisprat li jweġġa’ b’mod enormi lil kull min jaħdem f’dan is-settur.”
F’dan il-grupp qed jiġu mxerrda dawn it-tip ta’ memes u oħrajn b’wiċċ il-Prim Ministru. Memes li għalihom irreaġixxa ukoll il-pubbliku, li kellu kliem ta’ kundanna għalih.