F’Sydney reġgħu nfetħu l-bajjiet, jumejn wara li għawwiem Ingliż miet fl-ewwel attakk fatali minn kelb il-baħar f’din il-belt f’dawn l-aħħar disgħa u ħamsin sena.
Simon Nellist, ta’ ħamsa u tletin sena, ġie attakkat mill-kelb il-baħar l-Erbgħa.
Minkejja li l-bajjiet reġgħu fetħu, għawma popolari għall-karità li kienet skedata għall-Ħadd, tħassret.
L-awtoritajiet tal-istat għaddejjin bi tfittxija għall-kelb il-baħar twil tliet metri u tat-tip great white.
In-nies ġew ipprojbiti milli jgħumu fl-ilmijiet fejn seħħ l-attakk, li ħasad lil Sydney hekk kif attakki minn klieb il-baħar hemmhekk mhumiex komuni.