Sittin fil-mija tal-persuni li jgħaddu minn proċess ta’ separazzjoni, jerġgħu jidħlu f’relazzjoni. Dan ħareġ minn studju li sar fl-elfejn u sittax fost elfejn u erba mitt persuna li huma jew waħidhom jew f’relazzjoni.
Dan hu studju li sar fl-elfejn u sittax, miċ-Ċentru Nazzjonali għar-riċerka dwar il-Familja fi ħdan il-Fondazzjoni tal-President għal ġid tas-soċjeta. Il-Professur Angela Abela fissret ir-realta ta’ din l-istatistika.
Din hija area fejn jidħlu dawn il-familji rikonsittwiti ġodda li għandhom bzonn attenzjoni u support anki mis-soċjeta. U naraw l-isfidi li jiffaċjaw anki meta hemm tfal.
L-isfidi tar-relazzjonijiet fis-seklu wieħed u għoxrin kienu diskussa f’konferenza mill-Fondazzjoni tal-President għal ġid tas-soċjeta; konferenza ta’ jumejn fejn attendew għaliha numru ta’ kelliema barranin.
Kelliema li qed janalizzaw l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-koppji li jridu jagħmlu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin mal-familja.
Il-Konferenza kienet indirizzata mill-President tar-Republikka Marie Louise Coleiro Preca li fissret kif relazzjonijiet pożittivi bejn il-koppji, jaffettwa l-ħajja b’mod ħolistiku tat-tfal tagħna.
Spjegat kif skond informazzjoni mill-Fondazzjoni dwar is-saħħa mentali ibbazata fir-Renju Unit ħareġ li persuni li huma qrib il-familja, ħabib u l-komunita huma aktar ferħana, b’saħħithom, jistgħu jgħixu ħajja itwal minn dawk li ma tantx jissoċjalizaw.
Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li temmen li bħala fondazzjoni għandhna nkomplu niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq ir-relazzjonijiet tal-koppji.