Għal darb’oħra se jkunu qed jerġgħu jibdew joperaw ħames rotot diretti, msejħa Tallinja Direct, li se joffru servizz dirett bejn diversi lokalitajiet popolari f’Malta.
Dawn ir-rotot Tallinja Direct se jinkludu vjaġġi kuljum bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta, Buġibba u l-Belt Valletta, u Tas-Sliema u l-Ajruport. Minn nhar il-Ħadd li ġej, ser ikunu qed jiġu introdotti wkoll rotot diretti bejn Marsaxlokk u dawn il-lokalitajiet: Tas-Sliema, Buġibba u l-Belt Valletta.
Il-karozzi tal-linja u l-bus stops minn fejn tista’ tirkeb ir-rotot Tallinja Direct għandhom tabelli apposta sabiex jintgħarfu.
Ir-rotot Tallinja Direct il-ġodda huma kif ġej:
TD2: Ajruport lejn Tas-Sliema via San Ġiljan (rotta ċirkulari)
TD9: Valletta – Buġibba (via Coast Road) u viċi versa
TD10 Valletta – Marsaxlokk u viċi versa
TD11 Buġibba – Marsaxlokk (via Tas-Sliema) u viċi versa
TD13 Valletta – St. Julian’s (via Regional Road) u viċi versa
It-tariffi għal dan is-servizz hu kif ġej:
- Flus kontanti: €3.00
- 12 Journey Cards: €2.50 (żewġ vjaġġi)
- Tallinja Card: €1.50
- Explore Card: inkluż