Il-Gvern Awstraljan reġa’ beda titjiriet lejn New Zealand wara li dawn kienu ilhom aktar minn sena li waqfu.
Issa turisti miż-żewġ pajjiżi m’għandhomx għalfejn isegwu kwarantina mal-wasliet rispettivi tagħhom.
Fl-ewwel jum ta’ titjiriet mill-ġdid, eluf ta’ passiġġieri waslu fiż-żewġ pajjiżi.