Raġel li għandu kondotta kkulurita reġa’ ntbagħat lura l-ħabs minħabba li kiser ordni ta’ protezzjoni wara li kien ingħata l-ħelsien mill-arrest.
F’Novembru li għadda Juanito Jimenez ta’ 26 sena mill-Ħamrun kien ingħata l-ħelsien mill-arrest dwar każ serq.
F’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, ingħad li hekk kif ħareġ mill-ħabs, l-akkużat f’żewġ okkożjonijiet separati għamel kuntatt mal-persuna li skont l-ordni ta’ protezzjoni ma setax jagħmel kuntatt magħha.
Kawża ta’ dan Jimenez beżża’ lil din il-persuna li hija wkoll ix-xhieda ewlenija tal-prosekuzzjoni.
L-imputat kien akkużat li fl-2014 għen tliet suldati sabiex jisirqu minn stabbiliment tal-kmamar tal-banju, fir-Rabat, Għawdex. Hu kien ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs minħabba li kien kompliċi f’dan il-każ.
Huwa nstab ħati wkoll li seraq minn magna tas-sigaretti, kif ukoll li kkawża ħsarat fi proprjetà pubblika.
Il-Qorti orndat li l-akkużat jerġa’ jiġi arrestat u jħallas garanzija personali ta’ €4,500 minħabba li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Huwa qed jiġi ssorveljat ukoll mid-Dipartiment tal-Forensika fl-isptar Monte Karmeli.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Kylie Borg