Il-Qormi Wine Festival se jsir għat-tnax-il sena konsekuttiva. Is-sena li għaddiet huwa stmat li aktar minn għaxart’elef ruh attendew għal dan il-festival.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzat mill-Kumitat Festi Esterni ta’ San Ġorġ Martri, ingħad li l-attrazzjoni principali tal-wine festival se tkun Triq il-Kbira f’Hal Qormi. It-triq se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti.
Se jkun hemm ħafna stands tal-ikel u tal-inbid, spettaklu ta’ talent lokali.
Tkellimna ma’ George Spiteri, li jagħmel parti mill-kumitat.
https://www.youtube.com/watch?v=vvuurSL5Lv4