Il-Qorti rrevokat deċiżjoni li ħadet jumejn ilu u b’hekk ordnat l-arrest mill-ġdid ta’ Alfred Galea.
Galea jinsab mixli b’attentat ta’ qtil li seħħ fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Qormi nhar is-6 ta’ Novembru li għadda.
Huwa allegatament kien ta daqqiet ta’ sikkina lil Alfred Felice u tressaq il-Qorti fejn ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €20,000.
Madankollu l-Qorti qieset li għad hemm xhieda li trid tinstema’ u għalhekk ordnat l-arrest mill-ġdid tal-imputat.