Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ semma proposta li hu stess kien diġà qal pubblikament li ma jużahiex, għax ma jaqbillux, tant li qal li ma jagħmilx qligħ minnha.
Il-Ħadd waqt l-attività politika li għamel kompla bis-soltu ideat li semma fl-aħħar elezzjoni ġenerali u din kienet waħda minnhom.
Qal, “Aħna fil-Gvern inkunu qed nagħtu somma flus li tneħħi l-vettura tagħha, iċċedi l-vettura tagħha għal numru ta’ snin.”
Sa inqas minn sentejn ilu din l-istess proposta, li issa Grech qed jerġa’ jimbotta, kien tkellem dwarha u pubblikament iddikjara li hawn min ma jaqbillux biha, inkluż hu stess.
Dakinhar kien qal hekk:
Tul l-interventi tiegħu l-Ħadd, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem li se jkun fil-Gvern u appella biex il-Laburisti jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.
Qal, “Jekk inti tħobb lill-Partit Laburista, ivvota lill-Partit Nazzjonalista!”