Kien it-Tnejn filgħaxija meta fuq il-muntanja Etna fl-Italja beda jidher duħħan. Kien ftit wara li l-istess vulkan beda ħiereġ il-lava ftit qabel is-19:00hrs u baqa għaddej sad-21:25hrs.
“Kienet qisha funtana ta’ nar. Vera ħadt gost li stajt insegwi dak li ġara. Allavolja n-natura taf toħloq affarijiet li jeqirdu l-umanità ma tistax ma tapprezzax is-sbuħija li tista’ toffri,” qal hekk osservant li beda jsegwi din il-meravilja minn fuq kamera onlajn.
Ma kien hemm l-ebda periklu għall-komunitajiet li jinsabu fiż-żona meta beda ħiereġ il-lava mill-vulkan.
L-aħħar attività li kellu l-vulkan kien lura f’Jannar, dan wara tmien xhur inattiv.