F’Ottubru l-qgħad reġa’ naqas u kien kwart inqas minn dak li kellu l-pajjiż meta faqqgħet il-pandemija.
Statistika uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li matul ix-xahar li għadda, in-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 1,254.
Meta mqabbel ma’ Ottubru ta’ sena ilu, il-qgħad naqas b’1,860 u meta mqabbel ma’ xahar qabel din is-sena stess, il-qgħad naqas bi kważi mitt ruħ.
L-istatistika tal-NSO tinnota b’mod notevoli tnaqqis enormi fin-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol f’kull kategorija t’età minn Ottubru ta’ sena ilu għal Ottubru ta’ din is-sena.
Pereżempju in-nies jirreġistraw għax-xogħol li jgħoddu bejn l-25 u d-29 sena naqsu bi kważi erba’ darbiet, minn 331 għal 86.
In-numru ta’ nies qiegħda bejn it-30 u l-44 sena wkoll naqsu bi kważi tliet darbiet, minn 1,001 għal 362.
In-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol li jgħoddu 45 sena jew aktar naqsu bi qrib id-darbtejn u nofs, minn 1,314 għal 579.
Il-qgħad fost l-irġiel minn Ottubru tal-2020 għal Ottubru tal-2021 naqas b’1,100 filwaqt li fost in-nisa, in-numru ta’ nies qiegħda naqas b’760.
In-nies jirreġistraw għax-xogħol għall-inqas minn 21 ġimgħa wkoll naqsu b’aktar min-nofs, minn 1,415 għal 672.
Dawk li ilhom jirreġistraw ma’ JobsPlus għal bejn 21 ġimgħa u sena naqsu imbagħad b’mod impressjonanti.
Minn 1,001 għal 177.
F’Malta issa l-qgħad ilu jonqos b’mod konsekuttiv għal 17-il xahar.
Intant b’rabta ma’ dawn iċ-ċifri pożittivi fuq is-settur tax-xogħol f’pajjiżna waqt pandemija, fuq twitter il-Prim Ministru Robert Abela qal ukoll li l-qgħad f’pajjiżna llum huwa sitt darbiet inqas minn Marzu tal-2013.
In October those registering for #employment were just 1,254, a new record low. This represents a quarter less unemployment than at the start of the #pandemic and six times less than in March 2013. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) November 22, 2021