Hekk kif l-olimpjadi f’Rio jinsabu fl-aqwa tagħhom illum żewġ sportivi Maltin se jkunu qed jipparteċipaw f’żewġ sezzjonijiet differenti.
Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu, rajna lil Eleanor Bezzina tieħu sehem fit-10m Air Pistol, kompetizzjoni li fil-passat ratha tirbaħ il-midalja tad-deheb fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. F’din il-kompetizzjoni Bezzina rnexxielha tikkwalifika fit-22 post. Illum Eleonor se terġa’ tkun fl-azzjoni fit-tieni kompetizzjoni fl-14.00p.m, din id-darba dik tal-25m. L-ewwel fażi tkun dik ta’ Precision u ftit wara jkun hemm l-kompetizzjoni msejħa Rapid.
Iżda Bezzina mhux se tkun l-unika Maltija li naraw tipparteċipa llum, dan għaliex fl- 18.00 p.m, Andrew Chetcuti, mistenni jieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-għawm fil-heats tal-100m Freestyle.