Raġel li jbati minn kundizzjoni li torqod ħesrem mingħajr ma tkun taf reġa’ ngħata lura xogħlu iżda ma ngħatax kumpens.
Instema’ kif ir-raġel kien ilu jaħdem il-Port Ħieles mill-elf disa’ mija u disgħin sakemm fl-elfejn u sbatax dan inqabad rieqed fuq il-post tax-xogħol.
Ir-raġel kien fetaħ kawża quddiem it-Tribunal Industrijali li qal li t-tkeċċija hija inġusta iżda ma kienx ħaqqu kumpens.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff ikkonferma d-deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali u ddeċieda li ma jagħtix kumpens lir-raġel.