L-avukat u opinjonista Austin Sammut qal li s-suċċess tal-Partit Laburista huwa minħabba li fi kliemu dawk li jivvutaw lil Partit Laburista tbellgħalhom kollox.
Dan qalu waqt diskussjoni dwar il-Budget fuq il-programm Awla fuq ONE, fejn stqarr li l-Laburisti huma ‘gullible’ u għalhekk jibilgħu kollox: “Il-partitarji Laburisti huma iżjed, irrid nagħżel il-kliem ta’ hawn… tikkonvinċihom malajr. Huma iżjed jaċċettaw.”
Il-Preżentatur qallu: “More gullible jiġifieri hija l-kelma?”
Austin Sammut stqarr: “If you like yes, I know it’s not a nice word but yes, more gullible, that is the word.”
Din id-dikjarazzjoni ġabet reazzjoni kbira mill-mistiedna l-oħra li kienu preżenti fil-programm.
Fost l-oħrajn wieġeb l-opinjonista Jeremy Camilleri li wera kif din hija l-qofol tal-problema li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Huwa stqarr: “Kritiku ħafna ta’ Gvern Laburista u żgur m’iniex gullible. Jien ivvutajt Labour fl-2013 u vvutajt Labour fl-2017. Ma nħossnix gullible. Il-problema li hemm li filwaqt li nitkellmu li l-Laburist huwa gullible li hija argument li juża l-Partit Nazzjonalista, li jien inkun irrabjat kemm inkun irrabjat għal-Labour, meta nisma’ dawn l-affarijiet ngħid ikolli nagħżel lil-Labour xorta. Għaliex qatt ma nista’ mmur ma’ xi ħadd, mhux qed ngħid għalik Austin, li n-nies bħal missieri jew min hu Laburist ġenwin, jarah gullible.”
Ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar ukoll kien kiteb f’artiklu li skontu l-Partit Laburista għandu xorti li l-pajjiż hu mimli bċieċen.