Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li ftit tal-minuti oħra ser jerġa’ jibda jopera l-vapur M.V. Ta’ Pinu.
B’hekk il-flotta tal-Gozo Channel terġa’ titla’ għal 4 vapuri. Dan wara li f’Jannar li għadda dan l-istess vapur daħal għall-manutenzjoni.
Bħalissa l-vapur qiegħed jingħata l-fjuwil sabiex jibda jopera minnufih.
Il-Ministru ħabbar ukoll li s’issa, il-vapuri tal-Gozo Chaneel ġarrew 3,000 karozza fil-ġurnata tat-Tnejn. Apparti hekk, għad baqa’ madwar 1,200 oħra lesti biex jaqsmu l-fliegu.