Id-Direttur Ġenerali tal-Caritas Leonid McKay kellu dikjarazzjonijiet ċari meta reġa’ tkellem dwar il-baġit 2017. Filwaqt li ma daħalx fil-kontroversja politika li prova jdaħħal lill-Caritas fiha l-Partit Nazzjonalista, McKay stqarr li dan huwa baġit taż-żgħir li f’ismu tant titkellem l-organizazzjoni tiegħu. Meta kien intervista mis-sit ta’ The Malta Independent, Mc Kay insista dwar din il-frażi għal iktar minn darba.
Intervista mill-preżentatur, Pierre Portelli, McKay tenna li għalhekk dan kien baġit differenti minn oħraj, fejn anke r-retorika dwar min hu fil-bżonn inbidlet xi ftit. Għax fuq kollox mhux kull min hu fuq il-benefiċċju huwa bniedem għażżien.
Filwaqt, li kien hem qbil li l-qagħda ekonomika ta’ Malta hi waħda tajba, fejn saħansitra hawn dak li jissejjaħ full employment, il-caritas għażlet li tiffoka fuq dawk l-iktar l-isfel fis-soċjetá.
Fuq kollox, anke jekk il-miri f’dan is-settur mhux dejjem faċli jintlaħqu. Huwa pożittiv li jkunu hemm u l-miri li jpoġġi l-baġit li tressaq it-Tnejn li għadda huma ambizzjużi sew.