L-ex Segretarju, Jeremy Hunt qed jagħmel sforz biex iwaqqaf il-ftehim nukleari mal-Iran u jtaffi t-tensjonijiet fil-Gulf.
Is-Sur Hunt se jiltaqa’ mal-Ministri għall-affarijiet barranin fi Brussell rigward il-fatt li l-Iran mhux qed taqdi wħud mill-irwoli tagħha.
Il-ftehim li l-Iran tillimta wħud mill-attivitajiet nukleari tagħha, waqt li jitnaqqsu wħud mill-sanzjonijiet ekonomiċi imposti fuqha, bata xi ftit minħabba li fl-2018, l-Amerka ma onoratx dan il-ftehim.
It-tensjonijiet komplew jisklaw wara li r-Renju Unit waqqaf tanker taż-żejt Iranjan. Nhar is-Sibt, is-Sur Hunt qal li t-tanker ġie miżmum mir-Royal Marines, aktar kmieni dan ix-xahar. Huwa sostna li t-tanker jista’ jkun rilaxxat jekk ir-Renju Unit ikun assigurat li ż-żejt li kien qed iġorr dan it-tanker ma kienx sejjer lejn is-Sirja.
Is-Sur Hunt se jaħdem mill-qrib mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, Franċiż u Ġermaniż, bil-għan li jinkoraġixxu lill-Iran iżomm mal-jeddijiet tagħha.
B’reazzjoni għal dan il-Ministri ta’ Franza, Ġermanja u l-Ingilterra qalu li huma qed jappoġjaw il-ftehim. Għalkemm tennew li jinsabu nkwetati bi ġrajjiet li reċentement seħħew fil-Gulf bir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran.
Ritratt: EPA