Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn jerfa’ r-responsabiltà għat-telfa elettorali li ġarrab il-partit tiegħu fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar il-Ħamis li għadda.
Huwa għamel dan f’ittra li dehret fuq żewġ ġurnali, dak tas-Sunday Mirror u Observer. Corbyn qal li l-partit tiegħu sofra disfatta kbira u qal li jerfa r-responsabiltà sħiħa għal dan ir-riżultat.
Corbyn qal ukoll li mhux se jżomm postu bħala Mexxej tal-Partit Laburista u qal li min se jkun qed jieħu postu se jkun qed jara li x-xogħol ikun ugwali għal kulħadd.
It-teżorier tal-Partit Laburista Ingliz John McDonnell ukoll refa’ r-resonsabiltà ta’ dan ir-riżultat u qal li l-Partit Laburista se jkollu mexxej ġdid fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Ir-riżultat tal-Ħamis kien l-agħar riżultat għall-Partit Laburista Ingliż mill-1935, fejn il-partit ta’ Corbyn tilef 42 siġġu fil-Parlament Ingliz.