Jeremy Corbyn appella lill-Partit Laburista Ingliż sabiex matul is-sena li ġejja joffri aktar reżistenza lill-Gvern ta’ Boris Johson minkejja t-telfa diżappuntanti li ġarrab fl-elezzjoni li għaddiet. Fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena, il-mexxej Laburista Ingliż qal li l-Partit affaċċja żminijiet iebsa, hekk kif ġarrab ir-raba’ telfa konsekuttiva u d-distakk għadu b’saħħtu.
Corbyn sostna li “m’hemmx għażla” iżda hemm bżonn li titkompla l-ġlieda kontra l-povertà, l-inugwaljanza u l-bidla fil-klima.
Hu mistenni jirreżenja minn mexxej tal-Partit Laburista Ingliż hekk kif jiġi elett mexxej ġdid.
Numru ta’ politiċi wrew l-interess tagħhom li jikkontestaw għal din il-kariga. Uħud minn dawn il-politiċi li wrew interess huma: Rebecca Long-Bailey, Emily Thornberry, Keir Starmer, Lisa Nandy and Clive Lewis – while Angela Rayner, Yvette Cooper, Jess Phillips, David Lammy and Ian Lavery could also put themselves forward if they secure enough support.
Ħafna kienu dawk li evitaw milli jikkritikaw direttament lit-tmexxija ta’ Corbyn, iżda ħafna mill-eks membri Parlamentari wara l-agħar riżultat elettorali mill-1935 ‘l hawn akkużaw lil Corbyn li ma ġarrx b’mod personali r-responsabbilità li kellu.
Ritratt: AFP