Il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qal li se jagħti l-appoġġ tiegħu għal referendum ieħor dwar Brexit. Dan wara li pjan alternattiv tiegħu ġie rrifjutat fil-Parlament Ingliż.
Fl-istess waqt Corbyn tenna li se jibqa’ jaħdem favur għażliet oħra, inkluż elezzjoni ġenerali.
Dan fi sforz biex ikun evitat li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.
Fil-midja Ingliża intqal li hu possibbli li l-Partit Laburista Ingliż jitlob għal referendum ladarba l-Prim Ministru Ingliż Theresa May tmur lura l-Parlament Ingliż għal vot dwar ftehim dwar Brexit.