Mix-xhieda tal-espert tal-Qorti Mario Buttigieg dwar il-każ ta’ Pelin Kaya, li nqatlet il-Gżira f’Jannar li għadda, ħareġ li l-karozza involuta fl-inċident li temmilha ħajjitha, kienet qed tinstaq b’veloċità ta’ ħamsa u sebgħin kilometru fis-siegħa, u s-sewwieq ma kienx qed juża l-brejkijiet.
Kaya, li kienet għadha kif għalqet tletin sena, kienet sejra tiltaqa’ mal-għarus tagħha wara festin t’għeluq sninha ma’ sħabha.
Dak il-lejl, BMW misjuqa minn Jeremie Camilleri, saqet għal fuqha u kaxkritha tul it-triq sakemm baqgħet dieħla f’pompa tal-petrol u fil-faċċata ta’ restorant fil-Gżira.