Jens Stoltenberg se jibqa’ s-Segretarju Ġenerali tan-NATO, li hija l-organizazzjoni tat-trattat tat-Tramuntana tal-Atlantiku, sa Ottubru tas-sena d-dieħla.
Din id-deċiżjoni ttieħdet ġimgħa qabel mal-mexxejja tan-NATO jiltaqgħu għal laqgħa għolja fil-Litwanja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq Twitter, Stoltenberg qal li fiż-żminijiet ta’ bħalissa, din l-istituzzjoni hija importanti.
L-eks Prim Ministru tan-Norveġja ilu l-kap ta’ din l-istituzzjoni internazzjonali sa mill-2014.