Il-Ħadd filgħodu saret id-39 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċli. Maratona li kienet ikkaratterizzata minn xitwa kontinwa li ma qatgħet xejn tul il-korsa kollha.
L-atleta brittannika, li pero tieħu sehem fl-atletika lokali, Jemima Farley rebħet il-Maratona tan-Nisa b’ħin rekord ġdid ta’ 2hr 35min 41sek. Hija rnexxielha ttejjeb ir-rekord tagħha stess, li kienet waqfet is-sena l-oħra, b’minuta. Farley saħansitra kienet ir-raba’ atleta li qatgħet il-linja finali overall. Farley kienet segwieta mill-atleta mil-Latvja Jelena Abele f’ħin ta’ 2hr 48min 26sek. Jemima Farley hija atleta ingliża pero taħdem u tgħix hawn Malta u f’dawn l-aħħar snin saret waħda mill-ewlenin fil-kompetizzjonijiet tal-atletika lokali.
L-atleta marokkin Alaa Hrioued rebaħ il-Maratona tal-Irġiel. Huwa għamel dan f’ħin ta’ 2hr 18min 54sek. Il-marokkin kien segwiet minn żewġ atleti maltin. Andrew Grech daħal it-tieni f’ħin ta’ 2hr 34min 40sek. Matthew Xuereb daħal fit-tielet post f’ħin ta’ 2hr 35min 05sek.
In-Nofs Maratona tal-irġiel intrebħet mill-brittanniku Matthew Willis f’ħin ta’ 1hr 03min 38sek. L-irlandiż Oisin Martyn daħal it-tieni filwaqt li l-malti Charlton Debono spiċċa fit-tielet post.
In-Nofs Maratona tan-Nisa intrebħet mill-marokkina Sanaa Achabar f’ħin ta’ 1hr 17min 38sek. Il-maltija Rosa;ie Borġ daħlet fit-tieni post.
Ir-rebbieħ tal-Maratona tal-Irġiel Alaa Hrioued
Ir-rebbieħa tal-Maratona tan-Nisa Jemima Farley flimkien ma’ Jelena Abele