Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jappella lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva, il-prodott Żerriegħa tal-ward tax-xemx inkaljati u bil-melħ miżjud tad-ditta Miras m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Aflatossina.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Żerriegħa tal-ward tax-xemx inkaljati u bil-melħ miżjud |
Ditta: | Miras |
Użin: | 250g |
Data tad-Durabbilità: | 25/03/2019 |
Il-Kumpanija nvoluta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.