Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva, il-prodott Peanut Butter tad-ditta Zena m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment fih livell elevat ta’ Aflatossina B1.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Peanut Butter |
Ditta: | Zena |
Data tad-durabilità: | L-aħħar t’Awwissu 2018 |
Piż: | 370g |
Numru tal-lott: | 01160802 |
Oriġini: | Senegal |
Wara li ġie rrappurtat li l-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.