Mhux l-ewwel darba li smajna kummenti dwar it-tendenza li qassisin u sorijiet bħal donnhom jgħixu aktar min-nies oħra. Suppożizzjoni li ġiet studjata mill-Universitá ta’ Sheffield, studju li jissuġġerixxi li persuna tgħix aktar meta tagħmel sagriffiċju marbut mal-ħajja sesswali.
L-istudji jbassar li sal-2030 li se nkunu qed ngħixu għal aktar minn 80 sena u li dan is-sagriffiċju jista’ jgħinha ngħixu aktar. Il-parir li jtuna dawn ix-xjentisti huwa li apparti nieklu ikel bnin u nagħmlu l-eżerċizzju, għandna nastjenu mis-sess.
Hawnhekk saret referenza għall-qassisin u sorijiet li ma jagħmlux sess u r-rabta li teżisti bejn din l-astinenza u għomor itwal. Studju li meta wieħed jarah allura jistaqsi, jekk wieħed jibbaża fuq din ir-riċerka, meta qassis jew soru tmut ta’ etá żgħira, nkunu qbadnihom b’xi sigriet romantiku?
It-tabib Dr Michael Siva-Jothey li mexxa dan l-istudju spjega li s-sorijiet, per eżempju, għandhom it-tendenza li jgħixu aktar minn nisa li kellhom it-tfal. L-istudju sab ukoll li dawk li jagħmlu s-sess kuljum, fil-maġġoranza tagħhom, mietu żgħar filwaqt li dawk li għażlu li ma jagħmlux sess għexu għal aktar snin.
Minkejja li t-testijiet saru fuq insett li xorta waħda għandu l-karatteristiċi tal-bniedem fejn tidħol il-fertilitá u s-sess, ir-riċerkaturi qalu li din it-teorija tapplika għal bnedmin.
Jekk għall-illejla kellek pjanat xi lejl romantiku għall-irdoss, erġa’ aħsibha għax jaf tnaqqaslek xi sena minn ħajtek.