Qatt kont f’bajja qed tilgħaq ix-xemx u rajt ‘CONE’ ta’ dan it-tip fir-ramel jgħid “Meta tkun il-baħar, twaddabnix fejn ġie ġie”? Dan il-‘cone’ qed jitqassam fil-bajjiet mill-Awtorità għat-Turiżmu. L-MTA qed tipprovdi dawn il-‘cones’ lill-persuni li qed jissorveljaw il-bajjiet sabiex ma jkunx hemm sigaretti mormija fil-bajjiet.
Dawn il-persuni se jkunu qed jaraw min qed ikun qed ipejjep fejn se jqassmu wieħed minn dawn il-‘cones’ sabiex kull bajja tinżamm nadifa kemm jista’ jkun.
Apparti minn hekk f’diversi bajjiet oħrajn, bħal dik f’Buġibba, se jkunu qed jintużaw tip ta’ ‘poles’ tal-plastik li jidħlu fir-ramel bħala forma ta’ ‘ashtrays’.
Flimkien ma’ din l-inizjattiva qed isir tindif tar-ramel, sand sifting, darbtejn fil-ġimgħa f’bajjiet bħall-Għadira fejn dan ix-xogħol qed isir għall-ħabta tas-2:00 ta’ filgħodu bil-għan li x-xogħol jitlesta sas-7:00 ta’ filgħodu. Dan sabiex min imur ġurnata jgħum, isib il-bajja nadifa u mingħajr ebda skart li jista’ jfixkel.