It-tul biex tidħol Pulizija ġie imnaqqas b’centimetru mill-aħħar sejħa, għall-irġiel, minn 1.68m għal 1.67m u għan-nisa minn 1.58m għal 1.57m.
Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, meta fil-Parlament kien mistoqsi jekk hemmx xi tnaqqis f’dawk li huma r-requirements ta’ kwalifiki, tul jew xi kundizzjonijiet oħra normalment marbuta ma’ dħul ta’ persuni biex isegwu taħriġ biex ikunu jistgħu jaħdmu ta’ pulizija. Il-Ministru wieġeb li, ħlief għat-tul, il-kwalifiki akkademiċi baqgħu l-istess, iġifieri bħall-aħħar sejħa li kienet saret is-sena l-oħra, għall-postijiet ta’ kuntistabbli.