Jekk tuża s-servizzi tal-Microsoft u tirċievi theddid jew kliem dispreġattiv fil-konfront tiegħek, l-istess kumpanija se tkun qed tipprovdilek pjattaforma biex tkun tista tirraporta lil min qed jipprova jagħmillek il-ħsara.
Dan hekk kif se jkun qed jinfetaħ sit speċifiku biex f’każ li konsumaturi ta’ Microsoft jirċievu theddid jew kliem ħazin fil-konfront tagħhom onlajn dawn ikunu jistgħu jirraportaw lill-kumpanija.
Mhux biss, il-pubbliku se jkollu aċċess biex b’mod separat jagħmel petizzjonijiet li umbgħad se jkunu qed jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-Microsoft.
“Meta dawn il-każijiet se jkunu rapportati, ħa nkunu qed nevalwaw kull ilment b’mod differenti, il-kuntest umbgħad fl-aħħar niddeterminaw x’ħa tkun l-azzjoni fil-konfront ta’ dak li jkun wettaq dan l-abbuż.”
Dawn mhumiex l-ewwel inizjattivi li Microsoft qed tieħu biex jiġu miġġielda l-abbużi fuq l-internet.
Riċentament hija ngħaqdet ma’ kumpaniji tal-midja soċjali biex dawn tal-aħħar ikunu ta’ għajnuna għall-kodiċi tal-kondotti tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll għaddejja ħidma ma’ gvernijiet differenti biex tiġi żgurata s-sigurtà teknoloġika għall-konsumaturi.