Għadd ta’ residenti fil-Għargħur dalgħodu ħassuhom allarmati meta f’mument minnhom innotaw diversi suldati mexjin fit-toroq tal-lokalità.
Huma tħassbu li seta’ ġara xi ħaġa iżda dan mhux minnu. Dan hekk kif dawn is-suldati li lemħu, bħalissa jinsabu għaddejjin b’taħriġ estensiv.
Taħriġ li se jkun qed iservi ta’ għajnuna aktar tard fil-karriera militari tagħhom.