Avveniment uniku se jgħaqqad wirja ta’ ħwejjeġ storiċi min kollezzjoni nazzjonali fdata f’idejn Heritage Malta ma’ kunċert ta’ kwartetti kontemporanji mill-Awstrijaki Auner Quartet.
Nhar it-23 ta’ Novembru fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, ser tiġi esebita għażla ta’ sdieri, bodices, frockcoats u ħwejjeġ oħra antiki madwar il-mużiċisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sfond ta’ filmati artistiċi li jinkludu d-drappijiet u t-tessuti se jintwerew wkoll b’mod parallel mal-programm mużikali, li jinkludi kwartetti ta’ Albert Garzia, Johanna Doderer, Ruben Zahra u György Ligeti.
Biljetti jinkisbu mit-sit elettroniku ta’ Heritage Malta.