- Jum ftit imsaħħab tal-Ewwel tas-Sena imdawwal minn intervalli twal xemxin
- L-aktar temperatura baxxa għal tmiem il-ġimgħa se tkun ta’ 7°C, l-ogħla se tilħaq 15°C
- Mhix imbassra xita għall-ewwel ġurnata tas-sena
It-tbassir tat-temp għal tmiem il-ġimgħa li ġej jindika li, wara t-temp sabiħ li gawdew il-gżejjer fil-Milied, is-Sena l-Ġdida ser iġġib magħha temperaturi aktar baxxi, sema ftit imsaħħab u possibbiltajiet ta’ xita.
Skont l-uffiċju meterjoloġiku, filwaqt li kemm il-31 ta’ Diċembru u kemm it-2 ta’ Jannar huma mistennijin li jkunu ftit sa pjuttost imsaħħbin, intervalli twal xemxin ser idwalu l-jum ftit imsaħħab tal-Ewwel tas-Sena. Għal dan il-jum mhix mistennija xita.
Dawk li ser jagħtu merħba lill-2017 f’attività fil-miftuħ huma avżati jitleffu, minħabba li l-aktar temperatura baxxa għall-31 ta’ Diċembru mistennija tinżel sa 7°C. It-tbassir tat-temp jindika wkoll possibbiltà ta’ xita ħafifa f’ċerti postijiet fl-istess ġurnata.
7°C hija wkoll l-aktar temperatura baxxa mbassra għall-1 u t-2 ta’ Jannar. Ir-rekords meteoroloġiċi juru li l-2015 bdiet fuq l-aktar nota kiesħa sa issa, meta t-temperatura waqgħet għal minimu ta’ 2.1°C. It-temperatura massima għal dawn it-tlitt ijiem ser tiżdied gradwalment: minn 12°C lejlet l-Ewwel tas-Sena għal 14°C fl-1 ta’ Jannar għal 15°C fit-tieni jum tas-sena.
Riħ ħafif sa moderat huwa mistenni jonfoħ fi tmiem il-ġimgħa u jsir moderat għal pjuttost qawwi tul il-lejl tat-2 ta’ Jannar. Temperaturi aktar kesħin