Hekk kif nhar is-Sibt se jkun qed jittella l-kunċert popolari mal-Maltin Rockestra, fi stqarrija l-organiżżaturi ppublikaw lista ta’ affarijiet li mhux se jitħallew jiddaħħlu ġewwa l-MFCC. L-organizzaturi ta’ Rockestra 2016, f’din l-istqarrija, l-bibien tal-MFCC ser jinfetħu fis-sitta ta’ filgħaxija, biex il-pubbliku jgħaddi minn proċess ta’ ‘screening’ minn uffiċċjali tas-sigurta’.
Dawn huma l-affarijiet li ma tistax idaħħal miegħek:
– Siġġijiet u banketti
– ‘Coolers’
– Ikel u Xorb
– Kameras ‘SLR’
– ‘Selfie Sticks’
– ‘Tripods’ u ‘Monopods’
– ‘Laser Pointers’
– Oġġetti bil-Ponta
L-istqarrija tgħid ukoll li kwalunkwe oġġett ieħor meqjus ta’ periklu jew mhux aċċettabbli mill-membri tas-sigurta’, jista’ jiġi kkonfiskat.